Inżamm arrestat is-Serb li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest kif ukoll ikkommetta ħsara fuq karozza tat-tip Suzuki fi Triq Tobruk f’Pembroke.
Vladimir Stankovic inqabad filfatt mill-pulizija hekk kif l-akkużat ntlemaħ fl-akwati ta’ fejn allegatament seħħ il-każ b’ħadida f’idu.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba għall-ħelsien mill-arrest hekk kif irrimarkat li l-akkużat li diġà xellef diffru mal-ġustizzja m’obdiex il-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest.