Libjan ta’ erbgħa u tletin sena li jgħix il-Fgura nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.
Fil-Qorti xehdet l-Ispettur li arrestat lill-imputat, hija spjegat li il-Pulizija tal-Komunità kienu qegħdin iwaqqfu diversi nies għal raġunijiet varji, u waqqfu lill-imputat. Wara li saqsewh diversi mistoqsijiet, u ċċekkjaw id-dettalji tiegħu, sar magħruf li l-imputat kellu xi kawżi fil-Qorti, u kien ilu ma jiffirma fl-għassa xahrejn.
Intqal li huwa ġie arrestat, u sostna li jrid iweġġa’ lilu nnifsu.
Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.