Olivier Krautscheid ta’ 32 sena mill-Ġermanja residenti Tas-Sliema tressaq il-Qorti akkużat li seraq minn ħanut. Huwa ġie akkużat li nhar it-Tlieta għall-ħabta tat-2:45 ta’ waranofsinhar, seraq minn ħanut tal-ħaxix fi Triq il-Creche tas-Sliema.
Huwa daħal fil-ħanut, u ħareġ pepper spray biex ibeżża’ l-impjegat li kien hemm mill-cash register seraq ammont ta’ flus kontanti u ħarab minn fuq il-post.
Fuq nstabu €300 imma sid il-ħanut qed jgħid li nsterqulu €3,000.
Fil-Qorti huwa qal li jaħdem bħala self employed ma’ kumpanija.
Il-Maġistrat Clare Stafrace Zammit ordnat sabiex isir pre-sentencing report fil-konfront tal-akkużat minħabba li fil-Qorti ħareġ li għandu problemi mentali.
Huwa talab għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Maġistrat ordnat li jibqa’ arrestat. Hija rrakomandat sabiex jinżamm Monte Karmeli.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Colin Sheldon.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/03/02/se-jitressaq-il-qorti-l-germaniz-li-allegatament-uza-l-pepper-spray-waqt-serqa-ftas-sliema/