Kristijan Zekic baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli bi vjolenza domestika.
Ir-raġel li jinsab mixli li erba’ snin ilu għen biex jinħeba l-katavru ta’ Eleanor Mangion Walker, mara li bil-qtil tagħha hemm mixli l-eks raġel tagħha.
Zekic ċaħad l-akkuża dwar il-vjolenza domestika u li beżża’ lil martu.
Huwa ġie mixli wkoll li żamm arma tan-nar mingħajr liċenzja u kiser il-kundizjonijiet imposti fuqu f’ħames każijiet differenti.