Anthony Vella ta’ 61 sena inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li fil-15 ta’ Mejju kien involut f’argument f’San Ġwann. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-5.45pm fi Triq il-Qasab meta l-imputat allegatament ħebb għal u weġġa’ b’mod gravi lil Taljan.
Fl-istess ħin Vella kien akkużat li kkawża biża’ li se tintuża l-vjolenza fil-konfront tal-vittma, Fabio Giunta, il-propjetà tiegħu, jew ta’ qrabatu.
Fil-Qorti l-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u l-akkużat se jinżamm arrestat.