Frankie Falzon ta’ 40 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li għamel bosta telefonati ta’ theddid lill-Ispettur tal-Pulizija Joseph Busuttil.
Fil-Qorti l-Ispettur Lydon Zammit spjega kif il-kollega tiegħu kien qed jirċievi diversi telefonati mill-imputat jakkużah li hu korrott u jgħidlu li fil-ħabs hemm min hu lest għalih.
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih. Il-Qorti ċaħdet ukoll it-talba għall-ħelsien mill-arrest wara li qieset il-kondotta tal-akkużat.