Żagħżugħ ta’ 28 sena minn Ħal Tarxien tressaq il-Qorti akkużat li hedded u ħebb għall-ġenituri tiegħu u għal ħuh, f’każ li hu mifhum li hu relatat ma’ abbuż ta’ droga.
Iż-żagħzugħ mhux l-ewwel darba li xellef difrejh mal-ġustizzja.
Tant li dalgħodu ġie akkużat ukoll li kiser ordnijiet tal-Qorti, fosthom li ma baqax jiffirma fl-għassa ta’ Raħal Ġdid.
Il-Maġistrat Claire Zammit Stafrace filwaqt li ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest, irrakomandat lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex iż-żagħżugħ jingħata l-kura meħtieġa għall-abbuż mid-droga.
Hija ordnat ukoll ordni proviżorja ta’ superviżjoni waqt li ż-żagħżugħ ikun il-ħabs.