Portuġiż ta’ 52 sena li jgħix Malta inżamm arrestat wara li allegatament ikkaġuna ġrieħi ħfief fuq mara u kiser ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tagħha, waqt li jinsab fuq probation.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li l-mara rrappurtat li l-akkużat daħal fid-dar tagħha minn fuq il-bejt u sabitu ġewwa.
L-akkużat qal li kien ilu jgħix mal-mara xahrejn, u d-difiża qalet li kien hemm relazzjoni bejn l-akkużat u l-vittma.