David Joseph Gauci ta’ 29 sena minn Birkirkara ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti talli sawwat u weġġa gravi eks uffiċjal tal-Pulizija, li kien f’relazzjoni mal-mara tal-akkużat.
Gauci kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika waqt argument li seħħ bara supermarket f’Birkirkara din il-ġimgħa stess. Madanakollu Gauci wieġeb mhux ħati.
Il-vittma kien arrestat talli kkawża feriti ħfief fuq l-imputat u ukoll għandu reputazzjoni mal-pulizija fosthom ġlieda waqt li kien fis-sakra barra l-Depot tal-Pulizija fil-Furjana, u li hedded li se joqtol lill-partner tiegħu fl-2012. Għaldaqstant il-Qorti rrifjutat li xxandar ismu.
Il-Qorti ikkunsidrat ukoll li l-akkużat kien serva sentenza il-ħabs minħabba li snin ilu seraq stereo minn vettura privata. Qalet ukoll li ma għandiex garanzija li Gauci se jobdi dak li timponi fuqu l-Qorti.