Sirjan ta’ tlieta u erbgħin u li ismu ma jistax jissemma’ fuq ordni tal-Qorti, ma ngħatax-il ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq bintu u li ġiegħlha tiżżewweġ raġel partikolari.
Quddiem il-Qorti ħareġ kif il-pulizija rċeviet rapporti dwar din il-vjolenza domestika fuq Facebook. L-aħħar każ seħħ it-Tlieta li għadda, hekk kif fil-Qorti ħareġ li din il-vjolenza fuq bintu ta’ anqas minn ħmistax-il sena kienet ilha għaddejja għal diversi snin.
Fir-rapport it-tifla allegat li missierha lanqas kien qed iħalliha tieħu xi mediċina preskritta mill-psikjatra.
L-akkużar ċaħad dawn l-akkużi, bid-difiża tisħaq li t-tifla bħalissa għaddejja minn trawma minħabba li kellhom jaħaqrbu mis-Sirja.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud rat ukoll kif l-akkużat uża l-forza kontra bintu u ġiegħlha tiżżewweġ.
Fid-digriet tagħha l-Qorti nnutat li f’Malta ż-żwieġ sfurzat mill-ġenituri jew kwalukwe persuna oħra mhuwiex aċċettabli u li l-akkużat kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
It-tifla qed tinżamm f’Dar tal-Aġenzija Appoġġ.