Adrian Buttigieg ta’ 41 sena residenti Ħaż-Żabbar inżamm arrestat wara li kien mixli li weġġa’ gravi lil ġara tiegħu u lil bintu ta’ sentejn fid-dar tiegħu.
Buttigieg ġie akkużat ukoll li weġġa’ ħafif lil omm it-tifla u li għamel ħsara lil karozza tal-vittma.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif fil-11 ta’ April l-akkużat mar l-għassa tal-Pulizija fejn rrapporta l-ġlieda u wara baqa’ sejjer mal-Pulizija fix-xena tal-inċident.
Id-Difiża ikkontestat il-validità tal-arrest, bil-Qorti tinnota li dan kien validu hekk kif il-Pulizija proċedew b’kawtela fl-arrest tal-imputat.
Id-Difiża talbet ukoll għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona fid-dawl tan-natura tal-akkużi.
Għaldaqstant il-Qorti ma laqgħetx it-talba u żammet lill-akkużat taħt arrest f’dan l-istadju.