Svediż ta’ 24 sena, inzamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra lill-kollega tiegħu, li hija wkoll ta’ nazzjonalità Svediża.
Marcel Andres Ekvall Parada residenti tas-Sliema, kien akkużat li kellu x’jaqsam f’attivitajiet sesswali ma’ kollega tiegħu, mingħajr l-kunsens tagħha u li ffastidjaha. Huwa kien akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina.
L-avukati difensuri talbu lill-qorti sabiex tqabbad esperti jippreservaw messaġġi li l-akkużat kien irċieva mingħand il-vittma fuq Facebook. Filwaqt li t-talbu lill-qorti jiġbru filmati tas-sigurtà minn żewġ bars li ssemmew mill-akkuzat waqt l-interogazzjoni. Huwa ċaħad l-akuzzi fil-konfront tiegħu, bid-difiza t-talbet il-ħelsien mill-arrest.
Madankollu il-Maġistrat Doreen Clarke ċaħdet it-talba mill-arrest f’dan l-istadju. Il-qorti ordant ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma. Il-vittma f’dan il-każ se tkun qed tixhed fis-seduti tal-qorti li jmiss.