Miguel Zammit ta’ tlieta u għoxrin sena li jgħix il-Gżira, inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ dalgħodu spara lejn u qatel erba’ fjamingi.
Huwa mifhum li l-Pulizija rċeviet rapport li kienu ġew sparati tiri fuq għasafar protetti. Hekk kif waslu fuq il-post, allegatament instab l-imputat flimkien ma’ arma tan-nar, munizzjoni u erba’ fjamingi mejta.
Fil-Qorti saret talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni, hekk kif sostniet li dan huwa każ ċar ta’ kaċċa illegali, u ma jistax ikun li spara fuq it-tajr b’mod żbaljat.
Min-naħa l-oħra, id-Difiża sostniet li l-imputat baqa’ fuq is-sit sakemm waslu l-Pulizija, u din hija xhieda ċara tal-karattru tal-imputat, u li mhux se jkun ta’ xkiel lejn il-ġustizzja.
Ara wkoll: