Raġel baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq mixli b’akkużi ta’ serq minn ħanut f’Santa Venera.
Fil-Qorti instema’ li l-każ seħħ fis-sbatax ta’ Frar hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Kanun, Santa Venera.
Hawn intqal li l-Pulizija marret fuq il-post u minn l-istħarriġ li sar deher raġel, allegatament armat b’sikkina, dieħel fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier.
Hawn il-persuna ħarab minn fuq il-post, wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Gatt, l-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ jinżamm arrestat.
Il-Prosekuzzjoni kienet imexxija mill-Ispettur Lydon Zammit u Stephen Gulia.