Patrick Mangion ta’ sebgħa u erbgħin sena mill-Belt Valletta, qiegħed jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li fit-tnejn ta’ Novembru seraq ammont ta’ flus minn propjetà f’Ħal Tarxien u sebat ijiem wara, seraq ġojjelli minn fuq raġel ta’ sebgħin sena f’Ħal Luqa.
Apparti minn hekk, Mangion kien akkużat li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Il-Maġistrat, Neville Camilleri qal li l-akkużi miġjuba kontra Mangion huma ta’ natura gravi, u l-allegat ksur tal-kundizzjonijiet mill-Qorti huma r-raġuni għalfejn l-imputat mhuwiex se jingħata l-ħelsien mill-arrest.