Sirjan ta’ 39 sena, li joqgħod San Ġiljan, baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li żamm lil martu kontra r-rieda tagħha għal disat ijiem sħaħ.
Huwa ġie akkużat ukoll li hedded lill-mara quddiem uliedha u li uża vjolenza fiżika u ake morali kontriha.
Permezz tal-avukati tiegħu, l-akkużat ċaħad l-akkużi kollha kontrih. Huma talbu li l-esperti tal-Qorti jinvestigaw il-movimenti tal-mowbajl tal-vittma biex ikun magħruf jekk hux minnu li nżammet imsakkra.