Leslie Farrugia ta’ 30 sena nżamm arrestat wara li ġie mixli li pprova jisraq żewġ karozzi.
Farrugia wieġeb mhux ħati għall-akkużi li pprova jisraq karozza minn f’Wied il-Għajn u oħra minn Ta’ Xbiex u li hu riċediv.
Id-difiża mmexxija mill-avukat tal-għajnuna legali, talbet għall-ħelsien mill-arrest. Madankollu, din it-talba sabet l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni għaliex qalet li l-imputat mhux kredibbli u għandu problema tad-droga. Il-Prosekuzzjoni qalet li barra l-ħabs l-imputat mhux se jindirizza l-problema tad-droga.
Min-naħa tagħha, il-Maġistrat Marseann Farrugia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.