Raġel ta’ 40 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li fil-Qorti t’Għawdex ċaħad li kkaġuna feriti ta’ natura gravi fuq persuna oħra u li kiser il-mistrieħ tan-nies bl-għajjat u l-istorbju.
Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda fi Triq il-Port fiż-Żebbuġ, Għawdex.
Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Bridgette Sultana, filwaqt li l-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/10/zewgt-irgiel-iweggghu-wara-argument-fiz-zebbug-fghawdex/