Juanito Jimenez ta’ sebgħa u għoxrin sena li jgħix il-Ħamrun inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kellu d-droga fuqu għat-traffikar.
Fil-Qorti ntqal kif l-akkużat allegatament kien fil-pussess tal-ħaxixa tal-kannabis u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu u għalhekk huwa reċediv.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-Pulizija ressqet lejn żewġ karozzi, b’waħda minnhom ħarbet minn fuq il-post, filwaqt li l-akkużat kien fil-karozza l-oħra.
F’din il-karozza, il-pulizija sabet tliet pakketti maħsuba kokaina u hawnhekk ġie arrestat.
Barra minn hekk l-akkużat kien qed iġorr fuqu €4,600.