Raġel ta’ erbgħa u tletin sena li jgħix Ħaż-Żabbar baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li hedded u ta’ fastidju lil ommu ta’ ħamsa u sittin sena.
Barra dawn l-akkużi, huwa ġie mixli wkoll li ma segwiex l-ordnijiet tal-pulizija.
Ir-raġel ċaħad l-akkużi.
Il-prosekuzzjoni talbet għal ordni ta’ protezzjoni f’isem omm l-akkużat.