Raġel mill-Pakistan baqa’ miżmum arrestat wara li ġie mixli li aġixxa bħala xufier ta’ taxi mingħajr ma kellu permess validu ta’ xufier.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li kienu uffiċjali ta’ Transport Maltali għamlu rapport fl-għassa ta’ San Ġiljan dwar kif l-akkużat kien inqabad isuq karozza tat-tip Suzuki mingħajr ma kien kopert minn polza tal-assigurazzjoni dwar ir-riskji għal terzi persuni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li r-raġel naqas milli jwaħħal it-tag maħruġa minn Transport Malta f’post ċar u viżibbli fuq il-vettura.
Huwa wieġeb mhux ħati ta’ dawn l-akkużi, fejn saret talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ma ntlaqgħetx mill-Qorti.