Marlon Zarb ta’ 32 sena nżamm arrestat wara li ċaħad li nhar it-Tnejn li għadda darab lil Bradley Carabott fil-Marsa, bil-konsegwenza li dan tal-aħħar ġarrab ġrieħi serji.
Il-Qorti ordnat ukoll li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.
Zarb kien mixli wkoll li kellu fuqu arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr il-liċenzja meħtieġa, li huwa riċediv, u li wettaq reat waqt perjodu ta’ sentenza sospiża li kienet ingħatatlu fl-2019.
Fil-Qorti ntqal li l-Pulizija fittxet lill-akkużat fl-indirizz li hemm imniżżel fuq il-karta tal-identità tiegħu, f’San Pawl il-Baħar, iżda l-għada tal-każ, l-akkużat mar minn jheddu l-għassa tal-Pulizija.
L-akkużat ipprovda indirizz f’Bormla fejn skont hu bħalissa qed jgħix mas-sieħba tiegħu u ma’ wliedu.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-vittma nħareġ mill-isptar u għadu jrid jixhed fil-każ.
Il-Qorti ordnat ukoll li l-akkużat jiġi eżaminat minn espert mediku minħabba ġrieħi li ġarrab.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/13/aggornat-ragel-ta-32-sena-arrestat-wara-li-allegatament-darab-ragel-iehor-barma-li-taqta-u-bil-ponta-1/