Hamsa Ibrahim Mahmoud, Somalu ta’ 29 sena li m’għandux fejn jgħix inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li attakka persuna u seraqlu mowbajl.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li lbieraħ filgħaxija, l-għassa tql-Pulizija tal-Marsa rċeviet rapport li persuna li kienet mixja fi Triq Diċembru 13 fl-istess lokalità ġie attakkat u nsteraq il-mowbajl.
Meta l-vittma ħarġet mill-għassa ndunat li l-allegat aggressur kien għaddej minn quddiem l-għassa u reġgħet daħlet fl-għassa biex tavżahom. L-imputat qed ikun akkużat ukoll li rreżista l-arrest mill-Pulizija.
Waqt l-arrest instabu ħames pakketti allegatament droga sintetika. Intqal ukoll li l-akkużat għandu l-viżżju tad-droga.
Huwa ġie mixli li jgħix ħajja ta’ vagabondaġġ u huwa riċediv.
L-akkużat, li qal li ma jaħdimx, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.