Wayne Falzon ta’ tlieta u tletin sena minn Birkirkara ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-qorti mixli li t-Tnejn seraq żewġ muturi.
Huwa kien akkużat ukoll li seraq mutur ieħor tal-għamla Peugot Kisbee fis-26 ta’ Marzu, li kellu oġġetti misruqa, li kiser ordni ta’ probation u li kien riċediv.
L-avukat Joe Brincat li deher għall-akkużat talab għall-ħelsien mill-arrest madankollu l-Maġistrat Neville Camilleri ma’ laqax din it-talba.