Alexander Stojanovic ta’ 40 sena mis-Serbja nżamm arrestat talli fil-25 ta’ Ottubru f’San Ġiljan seraq b’mod aggravat minn karozza, fejn seraq basket. L-akkużat ġie arrestat dakinhar stess imma ngħata l-ħelsien mill-arrest minħabba saħħtu, minkejja li mar l-għassa diversi drabi kull meta kien imsejjaħ b’rabta ma’ dan il-każ.
Jirriżulta li hu seraq minħabba l-vizzju tad-droga. L-akkużat huwa riċediv.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet minn Leeroy Balzan Engerer.
Il-Magistrat Natasha Galea Scibberas ordnat sabiex jinżamm arrestat. Bil-Maġistrat irrakomandat lid-Direttur tal-ħabs sabiex jingħata l-ghajuna biex jeghħleb il-vizzju tad-droga, li kawża tagħha għandu xi ġrieħi.