Frederick Dalli ta’ 38 sena mill-Marsa nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kokaina u arma bla liċenzja.
Dan filwaqt li allegatament huwa kiser erba’ digrieti li bihom kien meħlus mill-arrest.
B’hekk qiegħed fil-periklu li jitlef madwar €33,000 f’garanziji personali mħallsa.
Huwa kien akkużat ukoll li huwa reċediv.
L-imputat ċaħad l-akkużi iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.