Fredrick Dalli ta’ 38 sena mill-Marsa nżamm arrestat wara li ċaħad li kellu fil-pussess tiegħu ammont kbir ta’ droga.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Marshal Mallia u Steven Ryan Micallef qalet kif il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, flimkien mar-Rapid Intervention Unit arrestat l-imputat hekk kif allegatement instabu fuqu madwar sebgħin qartas droga suspettata kokaina u tmint iqratas suspettata droga eroina.
Dalli tressaq il-Qorti mixli li kkommetta dawn ir-reati f’distanza ta’ mitt metru minn skola.
Barra minn hekk, Dalli ġie akkużat ukoll li kiser il-ħames kundizzjonijiet tal-liberta provizorja imposti fuqu bejn Marzu ta’ sentejn ilu u Marzu ta’ din is-sena.
Id-Difiża mmexxija mill-Avukati Mario Mifsud u Amanda Spiteri Grech ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat.