Clayton Galea ta’ 31 sena minn Birkirkara baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ pussess aggravat tad-droga kannabis f’ċirkostanzi li juru li d-droga ma kienitx għall-użu personali tiegħu.
Galea kien arrestat il-Ħadd filgħodu fi Triq Ġużepp Xuereb fis-Swatar wara jiem t’osservazzjoni fejn irriżulta li r-raġel kellu fil-pussess tiegħu għoxrin kilogramma kannabis li nstabet f’garaxx u f’karozza.
L-ispettur Frank Anthony Tabone akkuża lill-imputat ukoll li kien fil-pussess ta’ taser gun u arma li taqta’ mingħajr liċenzja.
Il-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Astrid May Grima ordnat li l-iffriżar tal-assi filwaqt li l-avukati tal-imputat ma talbux għall-ħelsien mill-arrest.
http://www.one.com.mt/2020/02/09/karkariz-arrestat-wara-li-nqabad-b20-kilo-kannabis/