Raġel ta’ 43 sena li joqgħod ir-Rabat baqa’ jinżamm arrestat wara li fil-Qorti kien akkużat bi vjolenza domestika fuq l-eks sieħba tiegħu.
L-imputat, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti sabiex tkun imħarsa l-identità tal-allegat vittma, stqarr li ma jaħdimx.
Huwa qed ikun akkużat li ta fastidju, hedded u pprovoka lill-eks sieħba tiegħu, kif ukoll li kiser il-paċi pubblika.
L-akkużat ġie mixli wkoll li kiser ordni imposta fuqu mill-Qorti u ordni ta’ protezzjoni li kienet inħarġet mill-Qorti favur l-allegat vittma.
Fil-Qorti ntqal li allegatament dawn il-każijiet ġraw fi tliet ġranet differenti fil-Belt u d-darbtejn l-oħra f’Bormla.
L-imputat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.