Jesmond Cassar ta’ 47 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħaraq vettura fl-Isla.
Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, ir-raġel ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu f’każ ieħor, li wkoll jinvolvi ħruq ta’ vettura.
Il-Prosekuzzjoni qalet li waslet għall-akkużat wara li elevat filmati minn kameras tas-sigurtà u hawnhekk spjegat ukoll kif b’rabta ma’ dan il-każ ġa tressaq raġel ieħor il-Qorti.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, u f’dan l-istadju ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.