Dino Petrovik li għandu tmienja u għoxrin sena mill-Maċedonja u li jgħix tas-Sliema nżamm arrestat wara li ġie mixli b’bejgħ u pussess tal-kannabis.
Fil-Qorti ġie rrakkontat li waqt rondi mill-pulizija f’Tas-Sliema, l-imputat deher jaġixxu b’mod suspettuż.
Waqt tfittxija fuq persuntu, instab ammont żgħir pjanta tal-kannabis.
It-talba għall-ħelsien mill-arrest intlaqgħet b’oġġezzjoni min-naħa tal-prosekuzzjoni għaliex il-mowbajl tal-imputat wera numru ta’ messaġġi importanti li jirrelataw ma’ traffikar.
Għaldaqstant, il-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Joe Mifsud ċaħad it-talba għall-ħelsien.