Jinżamm arrestat wara li ġie mixli b’attentat ta’ qtil
Sudaniż ta’ ħamsa u erbgħin sena baqa’ jinżamm arrestat, wara li tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ qtil ta’ Niġerjan ta’ 31 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa kien akkużat ukoll li ġarr arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija u li kiser il-paċi pubblika.
L-imputat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih. Fil-Qorti ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk l-akkużat baqa’ jinżamm arrestat.