Eman Ebejer ta’ 34 sena inżamm arrestat fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin wara li l-Qorti akkużatu b’ħsara u serq aggravat minn magni tal-ikel u xorb.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Agius akkużat lil Ebejer li fil-bidu ta’ Jannar seraq u għamel ħsara fuq dawn il-magni bl-ispiża titla’ għal aktar minn €2,500. Il-prosekuzzjoni akkużatu wkoll li f’Diċembru li għadda seraq xi oġġetti minn mutur ipparkjat u li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta proviżorja.
Intant, il-Qorti ċaħdet it-talba tad-difiża sabiex l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest.