Raġel mill-Ġorġja nżamm arrestat wara li ġie mixli li seraq minn ġewwa karozza. Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, ġie spjegat li kien ħaddiem fuq sit ta’ kostruzzjoni li ra lir-raġel jiftaħ karozza msakkra u jisraq telefon ċellulari.
Nika Bazuashvili ta’ wieħed u għoxrin sena ġie akkużat li kkommetta r-reat it-Tnejn filgħodu ġewwa San Ġiljan.
Filwaqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li l-akkużat m’għandux indirizz fiss f’pajjiżna.