Daniel Desmond Borg, ta’ 34 sena minn Santa Luċija baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li ħebb u hedded lill-eks tfajla tiegħu. Fil-Qorti nstema’ li l-vittma kienet diġà rċeviet ammont kbir ta’ messaġġi u telefonati b’theddid.
Intqal ukoll li f’Lejlet il-Milied, l-akkużat mar id-dar tal-vittma jitlobha biex jorqod fuq is-sufan. Hawn il-vittma rrifjutat, iżda l-akkużat daħal bil-forza, kaxkarha tul ir-residenza kollha, taha diversi daqqiet f’idha u f’saqajha u anke pprova jifgaha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ma talabx għal ħelsien mill-arrest.