Tony Zammit ta’ 40 sena inżamm arrestat wara li kien akkużat b’serq ta’ ġiżirajjen minn tmien anzjani f’okkażjonijiet differenti bejn l-4 u t-12 ta’ Ottubru li għadda. Erba’ mill-anzjani kellhom’il fuq minn 80 sena.
Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit huwa kien akkużat ukoll li kien riċediv.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u nżamm taħt arrest preventiv.