Adrian Zammit inżamm arrestat wara li tressaq quddiem il-Qorti mixli bi traffikar ta’ droga.
Ir-raġel ta’ 24 sena mill-Ħamrun tressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea mixli b’pussess aggravat tad-droga ecstasy u kokaina u kannabis.
Huwa kien akkużat li kien riċediv u li kiser kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest mogħtiha lilu f’każ fl-2017.
Żammit kien wieħed minn ħames persuni arrestati wara li l-Pulizija wettqet rejd f’diskoteka f’San Ġwann kmieni l-Ħadd filgħodu.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Justine Grech spjegat li Zammit li fil-qalziet ta’ taħt tiegħu nstabulu 25 pillola, 25 pakkett suspettati kokaina, 8 pakketti metamfetamina u kannabis. Dan filwaqt li iktar sustanzi suspettati drogi instabu fir-residenza tiegħu.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ordni ta’ superviżjoni.
Il-Maġistrat Charmaine Galea aċċettat it-talba tad-difiża filwaqt li qalet li l-akkużat ser ikun qed jinżamm taħt arrest. Hija ordnat ukoll l-iffriżar tal-assi tal-akkużat fuq erbatax-il elf ewro.