Raġel ta’ tletin sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, inżamm arrestat, wara li wieġeb mhux ħati li bejn id-disgħa u l-għaxra t’Ottubru, stupra tfajla.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni, minħabba s-serjetà tal-każ u anke minħabba l-fatt li l-allegata vittma għad trid tixhed.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prosekuzzjoni sostniet ukoll li l-imputat m’għandux irbit mal-komuntà minkejja li ilu jgħix u jaħdem f’pajjiżna għal dawn l-aħħar ħames snin.