Joseph Feilzaoo, traffikant tad-droga Niġerjan ma ngħatax ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat li attakka uffiċjal tal-ħabs. Dan wara li qalulu li wara li skonta s-sentenza t’għaxar snin priġunerija huwa kien se jintbgħat lura pajjiżu.
L-akkużat saħaq li huwa kien għad kellu żewġ każijiet pendenti l-qorti kostituzzjonali. Il-qorti ppreseduta mill-maġistrata Yanica Micallef Stafrace m’ordnatx il-ħelsien mill-arrest wara li d-difiża wieġbet li l-akkużat ma kienx ħati.