Mohammed Abd Alnaser, ta’ 21 sena mis-Sirja, tressaq il-Qorti akkużat li għamel użu minn passaport falz.
Wara li t-traduttur tiegħu spjegalu l-pariri tal-avukata tal-għajnuna legali, Martha Mifsud, l-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieħ.
F’dan l-istadju ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.