Hamdi Habib Mohammed Shedi ta’ 34 sena mit-Tuneżija nżamm arrestat wara li daħal jisraq b’sikkina f’idu f’ħanut tal-mowbajls.
Il-każ ġara fit-22 ta’ April minn ħanut tal-mowbajls f’Birkirkara.
Huwa seraq mas-sitt mitt ewro fi flus kontanti.
Shedi, li għandu storja ta’ reati kriminali, ġie akkużat li huwa riċediv u li kellu fil-pussess tiegħu sikkina.
Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispetturi Fabian Fleri u Lydon Zammit.