Raġel ta’ wieħed u erbgħin sena ttella’ l-Qorti u wieġeb mhux ħati meta ġie mixli li uża l-vjolenza kontra missieru ta’ tnejn u sebgħin sena.
Fost oħrajn hu ġie akkużat li kkawża biża’ f’missieru li jgħix taħt l-istess saqaf ta’ ibnu, li kkawżalu ġrieħi ħfief u li b’hekk sar riċediv.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u għaldaqstant, l-imputat baqa’ jinżamm fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin.