Somalu ta’ 25 sena li joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex, baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, mixli li kkawża ġrieħi gravi fuq persuna oħra.
Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-mistrieħ tan-nies b’għajjat u storbju, kif ukoll li għamel reat waqt li perjodu li operattiv ta’ sentenza sentenza sospiża.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-0:15 ta’ dalgħodu, f’Marsalforn.
L-akkużat wieġb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Bridgette Sultana, filwaqt li l-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Berneard Spiteri.