Carmelo Butler ta’ 58 sena li jgħix Birkirkara u li huwa sewwieq ta’ tow-truck inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kien juża t-trakk tiegħu biex jisraq il-karozzi u jbigħ il-biċċiet tal-metall tal-karozza.
Dan wara investigazzjoni kkordinata mill-għasses tal-Mosta, ir-Rabat u l-Qawra.
Huwa ġie akkużat li allegatament seraq il-karozzi mill-Mosta, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa f’dawn l-aħħar xhur.
Huwa ġie akkużat ukoll li huwa riċediv.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.