Quddiem il-Qorti t’Għawdex, raġel ta’ tlieta u erbgħin sena residenti x-Xagħra ġie mixli bi vjolenza domestika.
Huwa ġie akkużat li fit-tmienja ta’ Diċembru beżża’ lil martu bi vjolenza u għamel ħsara fil-propjetà tagħha.
L-imputat wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi u nżamm arrestat.