Christopher Micallef wieġeb mhux ħati li benġel għajnejn il-mara tiegħu waqt argument li seħħ fit-28 ta’ Marzu li għadda. Il-prosekuzzjoni spjegat kif din mhux l-ewwel darba li r-raġel kien aggressiv fil-konfront tal-mara tiegħu.
Minn-naħa tagħha d-difiża spjegat kif l-imputat kien lest jitlaq mid-dar matrimonjali tiegħu u jmur jgħix għand il-ġenituri tiegħu u hawnekk talbu għall-ħelsien mill-arrest.
Madankollu l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ma laqgħatx din it-talba u ordnat li l-imputat jinżamm arrestat filwaqt li ħarġet ordni ta’ Protezzjoni fil-konfront tal-mara.