Dorian Grech ta’ 24 sena minn Santa Venera nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ serq aggravat waqt li għamel użu minn sikkina li taqta’ u bil-ponta.
Huwa ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-difiża talbet li jkun hemm ordni ta’ trattament sabiex jiġġieled il-vizzju tad-droga.
Il-prosekuzzjoni stqarret li teżiġi li jkun hemm sentenza ta’ priġunerija effettiva flimkien ma’ ordni ta’ trattament.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech indirizzat lill-akkużat u qaltlu biex din joħodha opportunità biex jibdel ħajtu.
“Li titlob l-għajnuna huwa sinjal ta’ saħħa”, temmet ittenilu l-Maġistrat.
Il-kawża ġiet diferita għas-sentenza għal nhar it-Tnejn.