Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti l-Imsida nżamm arrestat wara li ammetta li wettaq għadd ta’ serqiet fil-Belt u l-Furjana u ħsarat volontarji.
L-akkużat tressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat Dr Monica Vella.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Daryl Borg spjegat kif l-akkużat matul dan ix-xahar, kisser u seraq flus minn kaxxi tad-donazzjonijiet minn numru ta’ knejjes fil-Belt u l-Furjana, kif ukoll wettaq serq minn xi ħwienet fil-Belt.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi mġjuba kontrih.
Wara li l-Qorti semgħet is-sottomissjonijiet, iddeċidiet li żżommu arrestat.