Raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, baqa’ jinżamm arrestat b’rabta ma’ diversi serqiet minn ħwienet u karozzi, u anke frodi, li allegatament seħħew minn Lulju li għadda.
L-imputat ċaħad dawn l-akkużi u talab għall-ħelsien mill-arrest, iżda din iċċaħditlu minħabba lli għandu problema bid-droga.