Emanuel Brignone ta’ tmienja u ħamsin sena minn Bormla nżamm arrestat wara li f’April li għadda kien inqabad waqt rejd.
Huwa tressaq il-Qorti tliet xhur wara li uliedu, Joseph u Annalise nżammu arrestati wkoll wara li allegatament inqabdu bid-droga u mixlijin ukoll b’ħasil ta’ flus.
Il-missier ġie mixli li ttraffika d-droga kannabis, kokaina u droga sintetika, fejn allegatament dawn ma kenux għall-użu personali. Huwa kien mixli wkoll li wettaq reat mitt metru ‘l bogħod minn postijiet frekwentati miż-żgħażagħ.